Galileo hi s-Sistema Globali ta' Navigazzjoni bis-Satellita (GNSS) tal-Ewropa,
li tipprovdi lill-utenti b’informazzjoni mtejba dwar il-pożizzjonament u l-ħin.

Ikklikkja fuq l-ikoni biex issib tagħmir imqabbad ma’ Galileo.

Permezz tad-dikjarazzjoni ta’ Servizzi Inizjali, Galileo qed timxi minn sistema globali ta’ navigazzjoni bis-satellita (GNSS) fl-ittestjar, għal servizz reali u operattiv. Għall-ewwel darba, satelliti Ewropej qed jipprovdu lill-utenti b’pożizzjonament globali, b’navigazzjoni u b’informazzjoni dwar il-ħin. Fit-tħejjija għal Servizzi Inizzjali ta’ Galileo, ħafna kumpaniji li jħarsu ‘l quddiem ħolqu riċevituri, chipsets u mudelli mqabbda ma’ Galileo – li ħafna minnhom huma diġà disponibbli fis-suq.

Din l-għodda tgħinek iżżomm kont tat-tagħmir imqabbad ma’ Galileo li jaqdi varjetà ta’ bżonnijiet hekk kif isiru disponibbli. Għal aktar informazzjoni dwar l-istatus tas-Sistema Galileo, ikkuntattja iċ-Ċentru ta’ Servizz tal-GNSS Ewropew (GSC) helpdesk.