DWAR
Permezz tad-dikjarazzjoni ta’ Servizzi Inizjali, Galileo qed timxi minn sistema globali ta’ navigazzjoni bis-satellita (GNSS) fl-ittestjar, għal servizz reali u operattiv. Għall-ewwel darba, satelliti Ewropej qed jipprovdu lill-utenti b’pożizzjonament globali, b’navigazzjoni u b’informazzjoni dwar il-ħin. Fit-tħejjija għal Servizzi Inizzjali ta’ Galileo, ħafna kumpaniji li jħarsu ‘l quddiem ħolqu riċevituri, chipsets u mudelli mqabbda ma’ Galileo – li ħafna minnhom huma diġà disponibbli fis-suq.
Din l-għodda tgħinek iżżomm kont tat-tagħmir imqabbad ma’ Galileo li jaqdi varjetà ta’ bżonnijiet hekk kif isiru disponibbli.