Stqarrija ta’ privatezza rigward il-protezzjoni ta’ data personali relatata mal-formola tal-kuntatt online disponibbli f’www.useGalileo.eu
Id-data personali kollha tiġi indirizzata f’konformità mar-regoli applikabbli dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data (attwalment ir-Regolament (UE) Nru 2018/1725).
L-avviż ta’ informazzjoni li ġej dwar il-protezzjoni tad-data jiddeskrivi l-kriterji li jintużaw għall-ġbir, għall-immaniġġjar u għall-użu tad-data fir-rigward tal-formola ta’ kuntatt online fuq is-sit web tal-GSA www.usegalileo.eu.
L-identità tal-Kontrollur tad-Data u l-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data:
Kontrollur: Aġenzija tal-GNSS Ewropea (GSA), Kap tad-Dipartiment tal-Komunikazzjonijiet; com@euspa.europa.eu
UPD Aġenzija tal-GNSS Ewropea (GSA), Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data; dpo@euspa.europa.eu
Għan tal-ipproċessar:
L-għan tal-ipproċessar huwa li tingħata tweġiba għall-mistoqsijiet sottomessi mill-utenti tas-sit web.
Data/Il-kategoriji tad-data kkonċernati:
Isem, kunjom, indirizz tal-email, raġuni għaliex qed tikkuntattja l-GSA u messaġġ lill-GSA (kaxxa b’test liberu)
Riċevituri/Kategoriji ta’ riċevituri tad-data pproċessata:
L-aċċess għad-data personali jingħata abbażi tal-prinċipju tal-‘‘ħtieġa ta’ tagħrif” lil:
- numru limitat ta’ persunal tal-GSA li jiġġestixxi l-formola ta’ kuntatt tas-sit web;
- proċessuri tad-data: Il-GSA timpjega lill-kuntratturi esterni li ġejjin li huma marbuta bir-regoli tal-protezzjoni tad-data personali ugwali għal dawk li japplikaw għall-GSA:
- numru limitat ta’ persunal tal-kuntratturi tal-GSA inkarigati mis-servizzi ta’ komunikazzjoni.
- numru limitat ta’ persunal tal-kuntratturi tal-GSA inkarigati mill-provvista ta’ servizzi ta’ hosting għas-servers tal-GSA.
Kwalunkwe riċevitur għandu jiġi mfakkar dwar l-obbligu tiegħu li ma jużax id-data riċevuta għal skopijiet oħra għajr dak li għalih tkun ġiet trażmessa.
Bażi ġuridika/Legalità tal-ipproċessar:
L-ipproċessar hu bbażat fuq il-kunsens tas-suġġett tad-data (Artikolu 5(1)(d) tar-Regolament 2018/1725): mingħajr ambigwità s-suġġetti tad-data jagħtu l-kunsens
tagħhom għall-ipproċessar tad-data personali tagħhom billi jimlew u jissottomettu l-formola ta’ kunsens, li huwa pass obbligatorju sabiex tiġi sottomessa l-formola ta’ kuntatt online.
Informazzjoni dwar il-perjodu ta’ żamma tad-data personali:
- Id-data personali tinżamm sakemm ikun għad hemm il-ħtieġa ta’ azzjonijiet ta’ segwitu għall-email iżda għal mhux aktar minn tliet xhur mid-data tas-sottomissjoni tal-email.
- Id-data personali tinħażen b’mod elettroniku fuq is-servers tal-kuntratturi tal-GSA msemmija hawn fuq, li jinsabu fl-UE u li jirrispettaw id-dispożizzjonijiet ta’ sigurtà meħtieġa.
Id-drittijiet tas-suġġett tad-data:
Is-suġġetti tad-data għandhom id-dritt:
- li jiksbu konferma dwar jekk id-data personali tagħhom tkunx qed tiġi pproċessata jew le, jaċċessaw id-data u jiksbu informazzjoni dettaljata dwar l-ipproċessar;
- ta’ rettifika ta’ data personali mhux preċiża;
- ta’ tħassir ta’ data personali jekk jiġu ssodisfati d-dispożizzjonijiet statutorji;
- ta’ restrizzjoni tal-ipproċessar jekk jiġu ssodisfati d-dispożizzjonijiet statutorji;
- għall-portabbiltà tad-data;
- li jirtiraw l-kunsens għall-ipproċessar tad-data personali fi kwalunkwe ħin mingħajr ma tiġi affettwata l-legalità tal-ipproċessar qabel l-irtirar tal-kunsens;
- li jressqu lment lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data fuq EDPS@edps.europa.eu jekk iqisu li l-operazzjonijiet tal-ipproċessar ma jikkonformawx mar-Regolament (UE) 2018/1725.
Kwalunkwe talba għall-eżerċitar ta’ kwalunkwe wieħed mid-drittijiet imsemmija hawn fuq għandha tiġi indirizzata lid-Dipartiment tal-Komunikazzjonijiet tal-GSA fuq com@euspa.europa.eu; is-suġġetti tad- data huma ġentilment mitluba li jiddeskrivu t-talbiet tagħhom b’mod espliċitu.
Kwalunkwe talba għall-eżerċitar ta’ kwalunkwe wieħed mid-drittijiet imsemmija hawn fuq għandha tiġi indirizzata lid-Dipartiment tal-Komunikazzjonijiet tal-GSA fuq com@euspa.europa.eu; is-suġġetti tad- data huma ġentilment mitluba jiddeskrivu t-talbiet tagħhom b’mod espliċitu.
Informazzjoni ta’ kuntatt:
- euspa.europa.eueuspa.europa.eu
- Dwar l-ipproċessar tad-data personali tiegħek: com@euspa.europa.eu.
- Dwar l-interpretazzjoni, l-applikazzjoni jew il-ksur tar-Regolament (KE) 2018/1725: L-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data (UPD) tal-GSA fuq dpo@euspa.europa.eu.